Saturday, January 3, 2009

Sena Ġdida...kummentarju ta' kafkaf

Illum l-ewwel Sibt tas-sena, u kull min ma faqax rasu f'nofsillejl meta daqqu t-tokki, ser jagħmel dan illum. Jien mhinix niezel PV - tant l-aħjar. Qiegħed nimmaġina lill-qħab jippassiġaw f'klikek, jehmżu u jidħku għal kull ħaġa ta' xej. Addio l-bard...min ser iħossu? In-nies malajr tisħon: jew tinħexa bix-xorb alkoħoliku li jagħti ftit mumenti ta' gost, imbagħad iġġiegħlha tirremetti f'tarf ta' bankina hija u tħoss il-ħruq fl-imsaren, jew tinħexa mod ieħor. Hu x'inhu l-każ, xi ftit tat-taħwid (għalinqas, ħafna nies iħarsu lejh bħala taħwid) ser ikun hemm, bla dubju. Għall-grazzja t'Alla, ma jidhirlix li kien hemm inċidenti serji dis-sena. S'issa..għax illum l-ewwel Sibt tas-sena.

Kellna sena mimlija, kif jgħidu, daqs bajda. Il-PN reġgħu rebħu. Sant irreżenja...forsi fl-aħħar nieħdu nifs ġdid wara snin ta' staġnar... JPO donnu ser isaddad, Muscat Josie ukoll. Harry sellmilna tal-aħħar. L-Olimpjadi ġew u għaddew...iżda għad jibqgħu jissemmgħu ħabba Tibet. Demm, tgħajjir...insomma, minn daw l-affarijiet naħseb rajna naqa' mhux ħażin dis-sena...imma mgħid għalija l-agħar seħħ f'Diċembru. Il-kriminalita' splodiet bi qtil f'Ħal Qormi, sparar fl-Imqabba, vandaliżmu fiċ-ċimiterji, b''serq ta' bambini u madonni...u da milli niftakar...

Ta' l-Imqabba, jew aħjar l-Imqaħba, kienet sorpriża għalija, u naħseb li għal Malta kollha. Ma ħsibtx li l-iġsma għadhom iġibu prezz daqstant tajjeb fil-politika ta' pajjiż suppost ċivilizzat. Lanqas ma kont naħseb li mejjet jista' jagħti fastidju. Slavaġġ iktar mill-bhejjem tas-savanah saru l-Maltin...jagħmlu għal xulxin u għal mejtin bħall-avultun (vulture). U l-Madonna miskina, mhux biss qiegħda tiġi trattatha bħala propjeta' pubblika, jew bħala esklamazzjoni ta' rabja jew ta' ferħ...issa qiegħdha tiġi misruqha...madonnanapped...għalinqas ma firduhiex minn ma' binha. Għax il-gvern fettillu jieħu inizzjattiva pożittiva sabiex isebbaħ dal-pajjiż, il-Maltin, ta' Maltin li huma, raw x'jagħmlu ħa jfottu u jaħxu l-bwiet.

L-imigrazzjoni illegali żdiedet, u magħha żdied ir-razziżmu. Ta' l-aħħar qatt ma nasal ngħid li huwa s-soluzzjoni. Ta' fuq donnhom qegħdin jagħmlu ftit passi 'l quddiem...fl-aħħar, u forsi Malta ma tibqax iġġorr il-piż ta' pajjiżi oħra.

Fuq fuq naħseb li kienet sena interessanti...
tajba? Ma ngħidx...
Għext ftit snin s'issa biex inkun nista' nqabbel sena m'oħrajn, u għalhekk ma niġudikax.

Saħħa

1 comments:

Sara Vella said...

Keith kif jirnexxilek tikteb fil-5 ta' filghodu! Insomma fl-ahhar mill-ahhar il-muza tahdem b'modijiet differenti fuq kullhadd ;)